|
|
 |
 Stqarrija ta’ l-Istampa |
06/06/2012 |
06 ta’ Ġunju 2012
Stqarrija ta’ l-Istampa
Is-Servizz ta' Transport ta' Fuel
Il-Gozo Channel tixtieq tinforma lill-pubbliku inġenerali li, bi ftehim mad-distributuri f’Għawdex, it-trasport tal-fuel jinġarr darbtejn fil-ġimgħa, nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis fil-għaxija. Dan is-servizz mill-kumpannija baqa’ u għadu qed jingħata mingħajr l-ebda interruzzjoni. Id-distributuri f’Għawdex jafu ukoll li l-kumpannija tkun dejjem lesta li tibdel din l-iskeda u li tagħmel servizzi addizzjonali meta jkun hemm il-ħtieġa.
Il-Management
- Back
To The News Archive |
|
|
 |
 |
 |
 |
|
|
|