SOSPENSJONI TAS-SERVIZZ TAL-VAPUR FIL-MILIED U L-EWWEL TAS-SENA

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

SOSPENSJONI TAS-SERVIZZ TAL-VAPUR FIL-MILIED U

L-EWWEL TAS-SENA

Nhar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, l-Gozo Channel ser tkun qed tissospendi s-servizz tagħha bejn nofsinhar (12.00) u t-tlieta (15.00) ta’ wara nofsinhar. Is-servizz ser ikun sospiż sabiex l-impjegati tal-kumpanija li jkunu xogħol f’dawn il-ġranet, ikunu jistgħu jieklu mal-familji tagħhom.

Fil-jumejn imsemmija, l-vjaġġi ta’ 12.00, 12.45, 13.00, 13.30, 13.45, 14.00 u 14.30 hrs mill-Mġarr ghaċ-Ċirkewwa u l-vjaġġi tal-12.15, 12.45, 13.30, 13.45, 14.15, 14.30 u 14.45 hrs miċ-Ċirkewwa mhumiex ser isiru. Dan ifisser li l-aħħar vjaġġ mill-Imġarr ikun fil-11.30, filwaqt li l-aħħar trip miċ-Ċirkewwa huwa skedat għal-nofsinhar (12.00).  Wara nofsinhar, is-servizz jerga jibda fit-15.00 mill-Mġarr ghaċ- Ċirkewwa, filwaqt li l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa għall-Mġarr ikun dak tal-15.15 hrs.

Il-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel jixtieq jesprimi l-apprezzament tiegħu lejn il-ħaddiema tal-kumpanija li huma obbligati jaħdmu shifts twal u xi drabi f’kundizzjonijiet ta’ temp diffiċli. Il-kumpanija tieħu ukoll l-opportunita` li tirringrazzjahom ghall-isforzi li jagħmlu u x-xogħol eċċellenti sabiex jipprovdu servizz kostanti lill-passiġġiera.

Il-Manaġiment

Skip to content