Stqarrija (L-MV. Malita iġgarrab xi ħsarat)

Il-kumpanija Gozo Channel tixtieq taghrraf lill-pubbliku li l-MV. Malita ġarrab xi ħsarat wara li l-vapur laqat il-moll fil-port tal-Imġarr aktar kmieni llum wara nofs inhar. F’dan l-inċident ma’ weġġa ħadd.

Il-Kumpanija Gozo Channel qed tħejji “Incident Report” u qed tagħmel l-investigazzjonijiet necessarji. Il-kumpanija tixtieq tagħraf lill-pubbliku li ser tkun qed topera fuq skeda speċjali biex takkomoda lill-klijenti tagħha sakemm l-MV. Malita issirlu t-tiswija neċessarja.

Il-kumpanija tiskuża ruħa għal kull inkonvinjent.

Skip to content