Skemi ta’ Vjaġġar tal-Gozo Channel għall-Klijenti tan-Negozju
Klijenti tan-negozju li l-impjegati tagħhom jivvjaġġaw ta’ spiss bejn il-gżejjer, jistgħu jibbenefikaw meta japplikaw għall-iskemi tal-ivvjaġġar offruti mill-Gozo Channel, prinċipalment id-Daily Commuter Card jew il-Frequent Travel Card. Hemm skemi differenti li n-negozji jistgħu japplikaw għalihom.
Jekk jogħġbok ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar l-iskemi tal-ivvjaġġar.
Ara dan il-filmat dwar il-proċess pass pass, biex tapplika għal xi waħda mill-iskemi tal-Gozo Channel.
Irreġistra n-Negozju Tiegħek mal-Gozo Channel
In-negozji jistgħu jirreġistraw id-dettalji tagħhom mal-Gozo Channel (Operations) Ltd bl-iskop li jiksbu l-irċevuti tal-VAT meta jixtru l-biljetti tal-vapur minn għand il-bejjiegħa tal-biljetti. Ikklikkja hawn biex tirreġistra n-negozju tiegħek.
Is-Sistema Online għax-Xiri tal-Biljetti tal-Vapur
Il-Gozo Channel toffri l-possibilita’ lil gruppi speċifiċi tan-negozji, biex jirreġistraw għax-xiri online tal-biljetti. Bħalissa s-sistema ta’ reġistrazzjoni hija miftuħa għad-dipartimenti/entitajiet tal-Gvern u operaturi turistiċi. In-negozji kollha jistgħu wkoll jixtru l-biljetti tagħhom jew online mingħajr ma jirreġistraw, inkella minn għand il-bejjiegħa tal-biljetti tal-Gozo Channel.
Jekk tirrappreżenta uffiċċju tal-Gvern jew negozju ta’ operatur tat-tours, ikklikkja hawn biex tirreġistra bħala utent għax-xiri online ta’ biljetti tal-vapur, b’kont iddedikat għall-Uffiċċju/Negozju tiegħek. Il-Gozo Channel tibgħatlek id-dettalji tal-login biex tidħol fis-sistema elettronika tal-biljetti.