Il-Gozo Channel hija impenjata biex toffri servizz bil-vapuri li huwa sigur u effiċjenti u għalhekk li l-politika u r-riżorsi tagħha huma ffukati biex taqdi lill-konsumatur bl-aħjar mod possibbli.Jekk jogħġbok uża l-formola t’hawn taħt biex tipprovdilna l-kummenti u l-mistoqsijiet tiegħek u aħna nirrisponduk.
SERVIZZ LILL-KLIJENT
Minimu ta’ 48 vjaġġ kuljum: hija l-politika tal-Kumpanija li tagħmel vjaġġi żejda fuq bażi ad hoc sabiex tnaqqas kemm jista’ jkun il-kju u l-ħin ta’ stennija, u b’ hekk tiżgura servizz effiċjenti bla xkiel..
- L-itinerarju jinvolvi traġitt ta’ 25 minuta li matulu l-passiġġieri jistgħu jgawdu uħud mill-aktar veduti panoramiċi tal-gżejjer.
- Servizzi ta’ charter: Huwa possibbli wkoll li jiġu organizzati charters ad hoc fuq bażi ta’ irmiġġ jew ta’ tbaħħir.
- Faċilita’ oħra li toffri l-Gozo Channel hija dik tat-trasport tal-merkanzija, li tinkludi merkanzija perikoluża taħt kundizzjonijiet stabbiliti. Wieħed mill-bastimenti, l-M.V.Gaudos huwa attrezzat apposta biex jipprovdi dan is-servizz.
- Abbord il-vapuri, il-passiġġieir jistgħu jixtru ikel u oġġetti oħra kemm mill-kafetterija kif ukoll mill-magni tal-bejgħ li jinsabu fis-swali.
- L-anzjani, kif ukoll persuni bi bżonnijiet speċjali m’għandhom l-ebda diffikulta’ li jaslu sal-livell ta’ fuq peress li kull vapur huwa mgħammar b’lift li jesa’ tmien persuni.
- Passiġġieri b’diżabilita’: l-ekwipaġġ u l-istaff tat-terminal tagħna joffru għajnuna addizzjonali lil persuni b’diżabilita’. Il-bastimenti tagħna huma ddisinjati biex jippermettu l-manuvrar tas-siġġu tar-roti f ’żoni pubbliċi. Fuljetti ta’ informazzjoni dwar is-servizz ta’ għajnuna jistgħu jitniżżlu bl-Ingliż u bil-Malti./li>
- Konnessjonijiet: It-trasport pubbliku huwa disponibbli lejn u mit-terminals tal-vapuri Jekk jogħġbok innota li l-konnessjonijiet tal-karozzi tal-linja huma disponibbli biss għal ċerti vjaġġi ( vjaġġi ta ’matul il-jum). Il-passiġġieri huma avżati biex jiċċekkjaw l-iskeda aġġornatamal-operaturi tal-karozzi tal-linja.
- Il-Gozo Channel tagħmel mill-aħjar biex tkun aċċessibbli għall-klijenti kollha tagħha. Il-passiġġieri jistgħu jagħmlu kuntatt u jkellmu lill-istaff fit-terminals tal-passiġġieri, inkluż fl-uffiċċji ta’ informazzjoni, fuq il-vapuri jew inkella jfittxu informazzjoni f’dan is-sit elettroniku, skont il-ħtieġa.
- Il-Kumpanija tilqa’ messaġġi, kummenti u suġġerimenti anke permezz ta’ e-mail, għall-konvenjenza tal-konsumaturi tagħha. Għal kull mistoqsija jew assistenza ċempel fuq 22109000 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju jew imla l-formola ta’ hawn fuq.