GWIDA TAL-FLOTTA TAL-VAPURI
Il-Gozo Channel topera l-akbar flotta ta’ vapuri fil-gżejjer Maltin. Tliet vapuri li jaqsmu bejn Għawdex u Malta, iġorru aktar minn 3.3 miljun passiġġier fis-sena. Ir-rotta hija meqjusa bħala ‘linja ta’ ħajja’ għal Għawdex, kemm għall-attivita’ kummerċjali, kif ukoll għat-turisti u għall-vjaġġaturi ta’ kuljum.
Madwar 240 impjegat tal-Kumpanija huma dedikati biex it-traġitti bejn il-gżejjer ikun esperjenza mill-aktar pjaċevoli. Il-Kaptan jissorvelja l-ħidma kollha tal-bastiment mill-pont, li huwa ċ-ċentru tal-komunikazzjonijiet u tan-navigazzjoni tal-bastiment. L-Ewwel Uffiċjal jassisti lill-Kaptan fl-operat tal-bastiment, inklużi operazzjonijiet ta’ tagħbija u ħatt. Ħlief meta l-vapur jittrakka jew ikun f’żoni ristretti, il-manuvrar tal-vapur ġeneralment jitħalla f’idejn l-uffiċjal anzjan tal-gverta li jsegwi d-direzzjonijiet tal-uffiċjal tal-pont. Il-baħrin (AB u OS) jaħdmu fuq il-gverta, jidderieġu l-vetturi, jorbtu ċ-ċimi meta l-vapur jersaq mal-moll, iżommu għassa u jagħmlu ronda fuq il-bastiment biex jiżguraw is-sigurta’ kif ukoll it-tindif tal-bastiment.
Taħt il-gverta tal-karozza, hemm il-kamra tal-magna u ċ-ċentru tal-kontroll li huma mgħassa mill-inġinier ewlieni, li jieħu ħsieb it-tiswijiet u l-manutenzjoni tat-tagħmir mekkaniku u elettriku tal-bastiment. L-inġinier ewlieni u l-assistent inġinier jissorveljaw ukoll is-sistema kollha ta’ kontroll u f’xi każijiet, jikkontrollaw il-ħeffa tal-bastiment, skont il-kmand tal-Kaptan. Uffiċjal ieħor jassisti lill-inġiniera billi fiżikament jissorvelja it-tħaddim tal-makkinarju kollu, u b’ hekk jiżgura li kollox qed jaħdem b’mod tajjeb.
Huwa għalhekk ovvju li l-ħaddiema involuti fid-diversi kategoriji ta’ xogħol, jimxu ma’ standards professjonali stretti filwaqt li jiżguraw kompetenza u kordinament fil-ħidma tagħhom favur ambjent dinamiku.
NIKOLAOS
L-isem Nikolaos huwa isem komuni mogħti bil-Grieg li jfisser “Victor of People”
-
Tip:Vapur RO-RO/tal-passiġġieri
-
Tul:95 m
-
Tunnellaġġ gross:4,212 tunnellata
-
Nru. Ta’ arbli:1
-
Karozzi:160
-
Passiġġieri:650 (Sajf)/350 (Xitwa)
-
Aċċessibilita’:Aċċessibbli għal persuni b’diżabilita’
M.V. GAUDOS
L-isem ‘Gaudos’ ġej minn wieħed mill-ismijiet klassiċi ta’ Għawdex: Gaulos. Ir-Rumani kienu jsejħu wkoll lil Għawdex ‘Gaulum’.
-
Tip:Vapur tal-passiġġieri u tal-karozzi bi ftuh minn żewġ naħat.
-
Tul:85.40 m
-
Tunnellaġġ gross:4,893 tunnellata
-
Nru. Ta’ arbli:2
-
Karozzi:72
-
Passiġġieri:900
-
Aċċessibilita’:Aċċessibbli għal persuni b’diżabilita’
M.V. TA’ PINU
Imsemmi għas-Santwarju famuż iddedikat lill-Madonna ta’ Pinu.
-
Tip:Vapur tal-passiġġieri u tal-karozzi bi ftuh minn żewġ naħat.
-
Tul:85.40 m
-
Tunnellaġġ gross:4,874 tunnellata
-
Nru. Ta’ arbli:2
-
Karozzi:72 u 66 oħra bl-użu ta’ gverta li titla’ u tinżel
-
Passiġġieri:900
-
Aċċessibilita’:Aċċessibbli għal persuni b’diżabilita’
M.V. MALITA
L-isem ‘Malita’ ġej minn wieħed mill-ismijiet klassiċi ta’ Malta.
-
Tip:Vapur tal-passiġġieri u tal-karozzi bi ftuh minn żewġ naħat.
-
Tul:85.40 m
-
Tunnellaġġ gross:4,874 tunnellata
-
Nru. Ta’ arbli:2
-
Karozzi:72 u 66 oħra bl-użu ta’ gverta li titla’ u tinżel
-
Passiġġieri:900
-
Aċċessibilita’:Aċċessibbli għal persuni b’diżabilita’