AVVIŻ IMPORTANTI: Il-biljett ta' vettura + sewwieq (biljetti mhux sussidjati) jinbiegħu jew onlajn jew fil-kabini tal-biljetti tal-vetturi tal-Imġarr (Għawdex) biss. Is-sewwieqa jimbarkaw bil-vetturi tagħhom minn Ċirkewwa (Malta) mingħajr ma jivvalidaw il-biljett/i. Il-biljetti, kemm jekk mixtrija minn qabel online kif ukoll jekk mixtrija fil-kabini tal-biljetti tal-vetturi f’ Għawdex, jiġu vvalidati biss minn Għawdex, qabel l-imbarkazzjoni. Passiġġieri li jibdew il-vjaġġ tagħhom miċ-Ċirkewwa se jkunu ggwidati mill-ħaddiema tal-Gozo Channel fit-terminal. Il-biljetti tal-passiġġieri, kemm jekk mixtrija onlajn kif ukoll mill-kabini tal-biljetti tal-passiġġieri, jiġu vvalidati biss fit-terminal t'Għawdex, fil-vjaġġ tar-ritorn/bidu. Tfal ta’ eta' bejn 0 u sentejn (2) jivvjaġġaw b’ xejn. Il-ġenituri/kustodji jridu jitolbu biljett b'xejn tat-tfal mit-terminal tal-passiġġieri jew mill-kabini tal-biljetti tal-vetturi fl-Imġarr (Għawdex) u jiskenjaw il-biljett tat-trabi fil-postijiet tal-imbarkazzjoni. Tfal mill-eta' ta' 3 snin sa 12-il sena jħallsu noll ta' EUR 1.15, madankollu, il-biljett tan-noll tat-tfal jista’ jinxtara biss mill-kabini tal-biljetti tal-Gozo Channel fl-Imġarr (Għawdex) u kull biljett tat-tfal irid jiġi vvalidat għall-imbark. Residenti permanenti li huma ċittadini anzjani (60 +) u li jippreżentaw ID kard valida, kif ukoll passiġġieri li jippreżentaw kard valida tal-Unjoni Ewropeja għal persuni b'diżabilta', jivvjaġġaw bla ħlas, madankollu, il-passiġġieri xorta jrid ikollhom il-biljett bla ħlas biex ikunu jistgħu jimbarkaw. Il-biljett bla ħlas ta' dawn il-passiġġieri jista' jinkiseb biss fil-kabini tal-biljetti, mal-preżentazzjoni tad-dokumenti mitluba, u jrid jiġi skennjat qabel l-imbark.

Driver in a car icon
KAROZZA U SEWWIEQ

Għall-passiġġieri kollha b’vettura sa tul ta’ 5.5 metri

Ara N-Nollijiet
MUTUR U SEWWIEQ

Għas-sidien tal-muturi (japplika biss għal muturi b'żewġ roti)

Ara N-Nollijiet
ROTA STANDARD

Għas-sidien tar-roti

Ara N-Nollijiet
Passiġġieri

Għall-passiġġieri kollha bil-mixi

Ara N-Nollijiet
RESIDENTI T'GĦAWDEX

Għar-residenti permanenti Għawdex

Ara N-Nollijiet
PASSIĠĠIER ANZJAN

Għal kull anzjan

Ara N-Nollijiet
Noll issussidjat ta' vetturi twal bejn 5.5 metri sa 14-il metru

Japplika għal sewwieqa residenti t'Għawdex.

Ara N-Nollijiet
TREJLER IRMUNKAT

TREJLER IRMUNKAT (SA 5 METRI)

Ara N-Nollijiet
NOLL TA' VETTURI TWAL BEJN 5.5 METRI SA 14-ILMETRU

Vetturi minn 5.5 metri sa 14-il metru (standard)

Ara N-Nollijiet
Skip to content