KAROZZA U SEWWIEQ
IN-NOLL TA’ VETTURA STANDARD U TAS-SEWWIEQ
Dan in-noll japplika biss għal vettura u sewwieq (vettura sa tul ta’ 5.3 metri), ħlief fil-każ ta’ residenti permanenti ta’ Għawdex li jippreżentaw karta tal-identita’ valida lill-bejjiegħa tal-biljetti.
VETTURA U SEWWIEQ RESIDENTI GĦAWDEX NOLL ISSUSSIDJAT
Dan in-noll japplika biss għal vettura u sewwieq (vettura sa tul ta’ 5.3 metri), għal residenti permanenti ta’ Għawdex li jippreżentaw karta tal-identita’ valida lill-bejjiegħa tal-biljetti.
NOLL TA’ SEWWIEQ ANZJAN (60+) U VETTURA
Dan in-noll japplika biss għar-residenti permanenti li huma anzjani, b’vetturi sa tul ta’ 5.3 metri, li jippreżentaw karta tal-identita’ valida lill-bejjiegħa tal-biljetti.
NOLL TA’ SEWWIEQ ANZJAN (60+) RESIDENTI GĦAWDEX + VETTURA
Dan in-noll huwa applikabbli għar-residenti permanenti f’Għawdex, b’vetturi sa tul ta’ 5.3 metri, li jippreżentaw karta tal-identita’ valida lill-bejjiegħa tal-biljetti.
IN-NOLL TA’ BIL-LEJL TA’ KAROZZA STANDARD U TAS-SEWWIEQ
Dan in-noll japplika għal vetturi sa tul ta’ 5.3 metri (ħlief għal residenti permanenti Għawdxin) li jitilqu mill-Imġarr, Għawdex, wara t-tmienja ta' filgħaxija (8pm) u qabel l-ewwel vjaġġ ta’ filgħodu kif imniżżel fil-kolonna tat-tluq tal-iskeda tal-vjaġġi, ippubblikata mill-Kumpanija għax-xhur ta’ bejn Novembru u Marzu.
NOLL STANDARD GĦAS-SEWWIEQ + VETTURA LI TAQBEŻ IL-5.3 METRI IŻDA MA TAQBIŻX IL-5.5 METRI
Dan in-noll japplika għall-passiġġieri kollha, ħlief residenti permanenti Għawdxin u residenti permanenti Maltin anzjani, li jivvjaġġaw b’vetturi li jaqbżu l-5.3 metri u li ma jaqbżux il-5.5 metri.