Informazzjoni Dwar is-Servizz
Il-kumpanija Gozo Channel, tixtieq tavża lill-Pubbliku Ġenerali li MV Gaudos ser ikun barra mis-servizz għall-manutenzjoni fid-‘drydocks’ mill-Erbgħa 7 ta’ Jannar sal-Erbgħa, 4 ta’ Frar 2026. Matul dan iż-żmien, il-kumpanija se tkun qed topera skeda temporanja għall-bastimenti l-oħra.
L-iskeda temporanja se tkun ippublikata fuq il-websajt tal-Gozo Channel u fuq is-siti soċjali. Il-passiġġieri huma avżati biex jiċċekjaw din l-iskeda qabel ma jivvjaġġaw.
Il-Gozo Channel tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent ikkawżat minħabba d-‘drydocking’ ta’ MV Gaudos. Il-kumpanija hija impenjata li tipprovdi servizz sigur u affidabli bejn iż-zewg gżejjer.
Għal aktar informazzjoni nitolbukhom iżżuru l-websajt tal-Gozo Channel www.gozochannel.com jew tikkuntattjawna fuq 22109000.
Ara l-iskeda temporanja.