Il-Gozo Channel għall-Vjaġġaturi

Il-Gozo Channel (Operations) Ltd topera servizz ta’ 24 siegħa kuljum, is-sena kollha, bejn iċ-Ċirkewwa (Malta) u l-Imġarr (Għawdex) u li huwa suġġett għal temp u kundizzjonijiet operattivi favorevoli. L-iskeda tiġi aġġornata perjodikament u l-vapuri kollha tagħna jġorru kemm passiġġieri kif ukoll vetturi.

Il-biljett tal-vapur tal-Gozo Channel huwa validu għal vjaġġ wieħed bir-ritorn u jista’ jintuża matul il-perjodu ta’ validita’ tiegħu (il-biljett standard mhux issussidjat huwa validu għal vjaġġ wieħed bir-ritorn u jista’ jintuża fi żmien sitt xhur mid-data tax-xiri). Il-biljetti standard mhux issussidjati jistgħu jinxtraw jew online jew mit-terminal tal-passiġġieri tal-Imġarr (Għawdex) jew mill-kabini tal-biljetti tal-vetturi fl-Imġarr, qabel ma wieħed jibda l-vjaġġ minn Għawdex. Il-biljetti mixtrija minn għand il-bejjiegħa tal-biljetti jew inkella online, jiġu vvalidati biss fl-Imġarr (Għawdex) qabel il-vjaġġ tal-bidu/tar-ritorn.

Il-passiġġieri li jgħaddu mit-terminal taċ-Ċirkewwa, jiġu ggwidati għall-imbark mill-ħaddiema tal-Gozo Channel. Il-biljetti tal-passiġġieri kif ukoll il-biljetti tal-vettura + tas-sewwieq, kemm jekk mixtrija online jew minn għand il-bejjiegħa tal-biljetti, jiġu vvalidati biss fit-terminal ta’ Għawdex jew fil-kabini tal-biljetti tal-vetturi, qabel il-vjaġġ tal-bidu/tar-ritorn. Il-Gozo Channel ma tħaddimx sistema ta’ riservi u l-imbark fuq il-vapuri jsir skont l-ordni tal-kju. Tfal ta’ eta’ bejn 0 u sentejn (2) jivvjaġġaw b’xejn. Il-ġenituri/kustodji jridu jitolbu biljett b’xejn tat-tfal mit-terminal tal-passiġġieri jew mill-kabini tal-biljetti tal-vetturi fl-Imġarr (Għawdex) u jiskenjaw il-biljett tat-trabi fil-postijiet tal-imbarkazzjoni.Tfal mill-eta’ ta’ 3 snin sa 12-il sena jħallsu noll ta’ EUR 1.15, madankollu, il-biljett tan-noll tat-tfal jista’ jinxtara biss mill-kabini tal-biljetti tal-Gozo Channel fl-Imġarr (Għawdex) u kull biljett tat-tfal irid jiġi vvalidat għall-imbark.Il-biljett tat-tfal huwa validu għal 24 siegħa u jista’ jinxtara biss mill-kabini tal-biljetti tal-Gozo Channel. Dan huwa r-rekwiżit statutorju tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili li jippermetti li l-Kumpanija jkollha n-numru tajjeb tal-passiġġieri li jkunu mbarkaw fuq traġitt speċifiku. Passiġġieri mingħajr biljetti b’xejn tat-trabi jintalbu jirritornaw fil-kabini tal-biljetti biex jiġbru u jivvalidaw il-biljett/i tat-trabi. Residenti permanenti li huma anzjani (60 +) u li jippreżentaw kard tal-identita’ valida, kif ukoll passiġġieri li jippreżentaw kard tal-Unjoni Ewropeja għal persuni b’diżabilita’, jivvjaġġaw b ’xejn, madankollu, il-passiġġieri irid ikollhom il-biljett b’ xejn biex ikunu jistgħu jimbarkaw il-vapur. Il-biljett b’xejn tal-passiġġieri fil-kategoriji msemmija, jista’ jinkiseb biss minn għand il-bejjiegħa tal-biljetti jekk jiġu ppreżentati d-dokumenti mitluba, u l-biljett irid jiġi ivvalidat qabel l-imbark. Dan huwa rekwiżit legali li jippermetti li l-Kumpanija jkollha għadd tajjeb tal-passiggieri ma’ kull traġitt.

Is-sistema online tal-biljetti tal-Gozo Channel bħalissa hija aċċessibbli għad-dipartimenti tal-Gvern, l-operaturi tat-tours u l-passiġġieri li jixtru biljetti mhux issussidjati. Il-passiġġieri jistgħu jixtru wkoll il-biljetti tal-vapur mit-terminals tal-passiġġieri tal-Gozo Channel jew minn għand il-bejjiegħa tal-biljetti tal-vetturi fl-Imġarr (Għawdex), qabel l-imbark.


Ara aktar informazzjoni f’dawn il-links:

NOLLIJIET

B2B

FAQs

Filmat: Ix-xiri online tal-biljetti tal-Gozo Channel

Skip to content