- Il-prezz totali tal-biljett jirrifletti vjaġġ wieħed bir-ritorn mal-Gozo Channel. Il-validazzjoni tal-biljetti tal-vettura u tas-sewwieq, kif ukoll tal-biljetti tal-passiġġieri, issir rispettivament, fil-kabini tal-biljetti tal-vettura tal-Imġarr (Għawdex) u mat-turnstiles fit-terminal tal-passiġġieri tal-Imġarr, fil-vjaġġ tal-bidu/tar-ritorn.
- Il-biljetti li jinxtraw online għall-vetturi, japplikaw biss għal vetturi standard sa tul massimu ta’ 5.3 metri. Il-biljetti mixtrija online b’mod żbaljat, ma jingħatax ħlas lura tagħhom u l-klijenti b’vetturi li jaqbżu l-5.3 metri jkollhom il-biljett rifjutat fil-post tal-imbarkazzjoni. Il-klijenti jkollhom jixtru l-biljett korrett tal-vettura,mill-kabini tal-bejgħ tal-biljetti, biex ikunu jistgħu jimbarkaw il-vapur.
- Kull passiġġier riekeb f’vettura li jgħaddi miż-żona tal-marshalling fl-Imġarr, għandu jkollu biljett individwali għall-validazzjoni fil-kabini tal-biljetti tal-vettura. Il-biljetti tal-passiġġieri jridu jiġu vvalidati mill-uffiċjali tal-Gozo Channel fiż-żona tal-marshalling, għall-imbark.
- Biljetti li jinxtraw online bl-ingrossa, fi tranżazzjoni waħda, ma jistgħux jiġu ppreżentati f’daqqa għall-validazzjoni fuq dokument PDF wieħed. Kull passiġġier li jimbarka jrid ikollu fil-pussess tiegħu biljett stampat individwalment jew biljett elettroniku individwali ppreżentat fuq telefon ċellulari/apparat elettroniku mobbli. Madankollu, il-klijenti jistgħu jifirdu l-biljetti mixtrija bl-ingrossa minn dokument PDF għal biljetti individwali separati, bl-użu tal-għodda elettronika bħal dik li tidher f’din il-ħolqa, jew għodod oħrajn simili: https://www.pdf2go.com/split-pdf
- Tfal ta’ eta’ bejn 0 u sentejn (2) jivvjaġġaw b’ xejn. Il-ġenituri/kustodji jridu jitolbu biljett b’xejn tat-tfal mit-terminal tal-passiġġieri jew mill-kabini tal-biljetti tal-vetturi fl-Imġarr (Għawdex) u jiskenjaw il-biljett tat-trabi fil-postijiet tal-imbarkazzjoni. Tfal mill-eta’ ta’ 3 snin sa 12-il sena jħallsu noll ta’ EUR 1.15, madankollu, il-biljett tan-noll tat-tfal jista’ jinxtara biss mill-kabini tal-biljetti tal-Gozo Channel fl-Imġarr (Għawdex) u kull biljett tat-tfal irid jiġi vvalidat għall-imbark.
- Residenti permanenti li huma anzjani (60 sena+ li juru ID Kard valida) u passiġġieri li juru Kard valida tal-UE għal persuni b’diżabilita’ jivvjaġġaw b’xejn bħala passiġġieri, madankollu, il-biljetti b’xejn iridu jinkisbu mill-kabini tal-biljetti u jiġu vvalidati qabel l-imbark.
- Il-biljetti mixtrija online b’mod żbaljat, ma jingħatax ħlas lura tagħhom mill-Gozo Channel u l-klijenti jkollhom jixtru l-biljett/i korretti mill-kabini tal-bejjiegħa tal-biljetti biex ikunu jistgħu jimbarkaw il-vapur.
- Il-biljetti mixtrija online mhumiex marbuta ma’ vjaġġ speċifiku tal-Gozo Channel.
- Il-Gozo Channel ma tħaddimx sistema ta’ riservi u l-imbark fuq il-vapuri jsir skont l-ordni tal-kju. Ix-xiri online tal-biljetti ma jintitolax lill-klijent għal imbark prijoritarju.
- Il-biljetti jridu jinżammu għat-tul kollu tal-vjaġġ.
- Il-biljetti standard (mhux issussidjati) huma validi għal vjaġġ wieħed bir-ritorn u jistgħu jintużaw fi żmien sitt (6) xhur mid-data tax-xiri. Biljetti mitlufa, mhux użati jew skaduti ma jingħatax ħlas lura taggħom u ma jistgħux jinbidlu.
- Il-kundizzjonijiet kollha tal-ġarr japplikaw kif iddettaljati mill-Gozo Channel (Operations) Ltd fuq is-sit elettroniku tagħha.