Il-Kumpanija Gozo Channel topera servizz bil-vapur għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi. It-trasport ta’ oġġetti perikolużi huwa kkumplikat u diffiċli u dan li ġej huwa maħsub biss bħala linji gwida għall-klijenti tal-Kumpanija. Id-dettalji sħaħ tar-regolamenti jinsabu fil-Kodiċi IMDG li għandu jiġi segwit dejjem.
IL-KUMPANIJA GOZO CHANNEL TITRATTA L-ĠARR TA’ OĠĠETTI PERIKOLUŻI B’ŻEWĠ MODI:
PUNTI ĠENERALI
DAWN JAPPLIKAW KEMM GĦALL-VJAĠĠI TAL-PASSIĠĠIERI KIF UKOLL GĦALL-VJAĠĠI TAL-MERKANZIJA:
OĠĠETTI PERIKOLUŻI
IS-SERVIZZ HUWA PPROVDUT SPEĊIFIKAMENT GĦAL KWALUNKWE MATERJAL U SUSTANZA ELENKATI FIL-KODIĊI INTERNAZZJONALI MARITTIMU DWAR L-OĠĠETTI PERIKOLUŻI (IMDG) LI FOSTHOM HEMM:
IL-ĠARR TAL-AĊITILENA IR-REKWIŻITI TAL-ISPEDITUR
- Iċ-ċilindri tal-aċitilena għandhom jinġarru f’bundles ġo gaġġeġ adattati, f’pożizzjoni vertikali. L-irbit għandu jkun skont il-linji gwida tal-IMO/ILO/UNECE għall-imballaġġ ta’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija.
- Iċ-ċilindri kollha għandhom ikunu ta’ għamla ċertifikata u suġġetti għal ittestjar u spezzjoni perjodika.
- L-ispeditur għandu jiżgura li l-valves kollha huma tajbin u magħluqin u jissottometti dikjarazzjoni għal dan il-għan. Iċ-ċilindri kollha għandhom jiġu pprovduti b’għatu li jista’ jitneħħa, imwaħħal sew fuq valve.
- Iċ-ċilindri għandhom jitgħabbew f’mezzi tat-trasport li jistgħu jipproteġu ċ-ċilindri mid-dawl tax-xemx dirett iżda jippermettu aċċess faċli għall-ispezzjoni u jistgħu jinfetħu ladarba jkunu abbord il-bastiment – eż. mezzi tat-trasport bil-ġnub tal-kanvas.
- L-ippakkjar għandu jkun skont il-Parti 4 tal-IMDG – P200 u/jew id-Direttiva 2010/35/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 għal apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/EEC, 84/525EEC, 84/526/EEC, 84/527?EEX ND 1999/36?EC, magħrufa wkoll bħala d-Direttiva TPED. Iċ-ċilindri għandu jkollhom evidenza ta’:
- Ċertifikazzjoni skont id-Direttiva TPED.
- Spezzjoni perjodika ta’ 10 snin skont il-kodiċi R1DG jew id-Direttiva TPED minn korp notifikat akkreditat tal-Kunsill tal-UE.
- Il-mezzi tat-trasport u ċ-ċilindri għandhom ikunu mmarkati b’mod korrett skont il-Parti 5.2 u 5.3 tal-kodiċi IMDG.
- Id-distributuri approvati tal-Gozo Channel għandhom jissottomettu kull 6 xhur inventarju taċ-ċilindri kollha, flimkien man-numru tas-serje, in-numru taċ-ċertifikat TAT-TPED u l-istatus tal-ispezzjoni.
- Il-mezzi tat-trasport mgħobbija biċ-ċilindri għandhom ikunu fil-parkeġġ tal-moll 24 siegħa qabel it-tluq.
Il-ġarr ta’ splussivi mhux permess fuq l-ebda wieħed mis-servizzi tal-vapur tal-Gozo Channel.